Xufier sospiż sakemm titlesta l-investigazzjoni

Xufier tas-servizz tat-trasport pubbliku ġie sospiż sakemm titlesta investigazzjoni interna dwar inċident li ġie rappurtat li seħħ il-bieraħ wara nofsinhar f’Tas-Sliema.

Il-kumpanija Malta Public Transport qalet li l-inċident jitratta argument bejn wieħed mix-xufiera tagħha u passiggiera.

Il-passiġġiera allegat li l-imġieba tax-xufier fil-konfront tagħha ma kinitx f’lokha meta ma ħallihiex terġa titla’ fuq ix-xarabank wara li niżlet biex tħalli lil persuna oħra b’push chair tinżel minn fuq il-vettura.

Il-kumpanija qalet li tieħu dawn ir-rapporti b’serjetà kbira u jiddispjaċiha li l-vjaġġi tagħha jiġu mtappna b’inċidenti bħal dawn.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Aktar