Kronaka
Xufier ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Xufier ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ dalgħodu fil-Floriana.  L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.20am fi Triq il-Vittmi Furjaniżi tal-Gwerra.

Skont il-Pulizija, mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li Taljan ta’ 44 sena li huwa residenti f’Raħal Ġdid tilef il-kontroll u waqa’ minn fuq il-mutur tal-għamla Biaggio Beverly.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tal-Maternità fl-Isptar Mater Dei. Fi tweet id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal li l-azzjonijiet ġew sospiżi wara diskussjonijiet li saru…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-membru tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Matthew Pace għandu jirriżenja. Huwa qal dan fi tweġiba għad-domanda tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-riforma fil-kirjiet. Dr Muscat qal…

Xogħol

Ċifri ta’ Jobsplus juru li f’Mejju kien hemm 1,669 persuna jirreġistraw għax-xogħol. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser tnaqqis fil-qgħad ta’ 6.8% meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena l-oħra. Miċ-ċifri…

Lokali

Mill-1 ta’ Jannar 2020 il-kirjiet residenzjali privati ta’ aktar minn sena jridu jibdew jiġu reġistrati online mal-Awtorità tad-Djar u s-sid ma jistax iżid il-kirja b’aktar minn 5% fis-sena. Min ma…

Aktar