Lokali
AĠĠORNAT: Yorgen Fenech fuq strajk tal-ġuħ

Yorgen Fenech u għadd ta’ priġunieri f’Diviżjoni numru 17 fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin bdew strajk tal-ġuħ.

Kelliem għad-difiża tal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kkonfermat li Yorgen Fenech u numru ta’ priġunieri fl-istess diviżjoni bdew strajk tal-ġuħ minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena fil-ħabs fosthom is-sħana, nuqqas ta’ faċilitajiet sanitarji, nuqqas ta’ attenzjoni medika, iffullar u nuqqas ta’ ventilazzjoni fost l-oħrajn.

It-tim legali ta’ Yorgen Fenech qal lil TVM li mhux minnu li l-klijent tagħhom beda din l-azzjoni għax ma riedx li fiċ-ċella fejn qiegħed jorqdu miegħu żewġt irġiel ta’ karnaġġjon skur.

Fi stqarrija, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kkonfermat li tliet priġunieri Maltin bdew strajk tal-ġuħ u r-raġuni speċifika li ngħatat lill-uffiċjali tal-ħabs kienet li fl-istess diviżjoni tagħhom ma ridux priġunieri ġodda li nzertaw ta’ nazzjonalità barranija.

L-Aġenzija qalet li s-saħħa ta’ dawn il-priġunieri qed tkun segwita mit-tobba tal-faċilità u ġie spjegat li s-sistema ta’ privileġġi li għandhom l-priġunieri f’din id-diviżjoni huma l-istess bħall-priġunieri kollha u li dawn jingħataw jew jittieħdu skont l-imġieba u l-azzjonijiet tal-priġunieri fl-interess tad-dixxiplina fil-ħabs.

Aħbarijiet Oħra

Il-pandemija affettwat lil kulħadd, anke lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund li tgħin lil mijiet ta’ nies morda, tfal b’diżabilità, tfal li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż u nies li m’għandhomx…

Quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici, li ġie mistoqsi dwar il-perjodu ta’ meta kien responsabbli mill-portafoll tal-Ġustizzja. Mistoqsi dwar il-proklama li ngħata…

Dr Bernard Grech, nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bit-tema Ningħaqdu, nirnexxu, u niġġeddu, Dr Grech qal li jrid jara Partit Nazzjonalista magħqud u sħiħ, għalkemm imsejjes fuq il-ħiliet…

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Aktar