Lokali
Yorgen Fenech jitlob lill-President biex jingħata l-proklama

Ittra mibgħuta mill-avukati ta’ Yorgen Fenech lill-President li fiha qed jitlob lill-President jingħata proklama bil-kundizzjoni li jagħti informazzjoni kollha dwar diversi fatti. Fenech qed jgħid li għandu informazzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri, Konrad Mizzi u Chris Cardona u oħrajn persuni kollha viċin ħafna tal-PM.

Fenech qed jgħid li minħabba dawn iċ-ċirkostanzi m’għandux ikun il-Prim Ministru jew membru tal-kabinett li jagħti din ir-rakkomandazzjoni.

Yorgen Fenech qed jgħid li għandu dritt jitlob li t-talba tiegħu tiġi ttrattata mingħajr ebda intervent jew intromissjoni minn persuni li jista’ jkollhom interess.