Barranin
YouTube jiżloq fin-niexef u jqabbel in-nirien ta’ Notre Dame mal-attakk terroristiku ta’ 9/11

Il-pjattaforma YouTube żelqet fin-niexef hekk kif qabblet dak li ġara lbieraħ f’Pariġi mal-attakk terroristiku ta’ 9/11 fl-Istati Uniti.

Jidher li fi sforz li sar ftit xhur ilu biex tikkumbatti l-aħbarijiet foloz u informazzjoni mhux korretta, il-pjattaforma spiċċat biex qabblet in-nirien li ħakmu l-Katedral Pariġin mal-attakk terroristiku li qerdu t-Twin Towers.

Il-kumpanija skużat ruħha u waħħlet fl-algoritmi tas-sit u rat kif għamlet biex temenda l-iżball.

Ilbieraħ filgħaxija, il-Katedral Notre Dame, li huwa meqjus mill-UNESCO bħala wirt dinji nbela’ min-nirien. Dwar il-każ għaddejja investigazzjoni iżda l-esperti jemmnu li l-inċident hu marbut max-xogħlijiet ta’ restawr li kienu qed isirulu.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Minn tal-inqas 12-il persuna mietu u diversi ndarbu f’attakk fi studio, il-Ġappun. Skont midja Ġappuniża raġel daħal fi Kyoto Animation Co studio u sprejja xi likwidu. Kawża t’hekk ħadu xi…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar