Barranin
YouTube jqatta’ l-karti ma’ vlogger li ġibed filmat ta’ raġel mgħallaq

YouTube qatta’ l-karti ma’ Logan Paul wara li xerred filmat ta’ raġel mgħallaq ġo foresta Aokigahara fl-Ġappun.

Il-vlogger Logan Paul huwa segwit minn ħafna adolexxenti u żgħażagħ u l-filmat li xerred qajjem għagħa kbira.

Il-foresta li żar Logan hija magħrufa għal għadd ta’ nies li jmorru hemm biex itemmu ħajjithom b’idejhom.

Min-naħa tiegħu l-YouTube ddeċieda li jneħħi l-kont ta’ Logan Paul mill-Programm Google Preferred – sistema li tgħarraf lill-kumpaniji li jixtiequ jbigħu r-riklami tagħhom fil-filmati li l-aktar li jimxu. YouTube qal li se jwaqqaf il-proġetti li beda miegħu.

Il-filmat li xerred fl-aħħar tas-sena, 31 ta’ Diċembru, kien ġie kritikat ħafna minħabba li fil-filmat hu flimkien ma’ nies oħra bdew jiċċajtaw ħdejn il-katavru, liema aġir wera diżrispett lejn il-mejjet.

Logan Paul, li għandu mal-15-il miljun segwaċi, maġġoranza tfal, skuża ruħu u qal li ħa l-filmat biex iqajjem aktar għarfien dwar is-suwiċidju.  Min-naħa tiegħu Logan Paul qal li għalissa mhux se jiġbed u jxerred aktar filmati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija Spanjola qalet li sparat fuq raġel li kien armat b’sikkina u li prova jattakka l-pulizija f’għassa. L-għassa tinsab qrib Barcelona. Fuq Twitter, il-Pulizija qalet li r-raġel daħal fl-għassa tal-pulizija…

Barranin

Waqt il-funeral tal-vittmi ta’ Genova, il-Ministru għall-Intern, Matteo Salvini qajjem furur sħiħ wara li ntlemaħ jieħu stessu. Salvini nqabad qed jieħu stessu ma’ tfajla, propju waqt il-funeral statali f’Genova. Kienu…

Barranin

Il-Ministru għan-Nisa u l-Viċi Ministru għat-Trasport ta’ New Zealand, Julie Anne Genter, qadfet ir-rota sal-isptar biex twelled. Genter, li tifforma parti mill-Green Party u temmen fl-użu tar-roti minflok il-karozzi, qalet…

Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Aktar