Lokali
AĠĠORNAT: Il-Bulgaru jinħeles b’police bail – l-awtopsja ma turix li kien hemm sinjali ta’ vjolenza fuq Meli

Il-Bulgaru Denis Davkov jinħeles b’police bail hekk kif il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet dwar il-każ ta’ Zack Meli, li miet ilbieraħ kmieni filgħodu f’Paceville.  Davkov kien arrestat ilbieraħ dwar il-mewt ta’ Meli.  Il-Bulgaru, li għandu 19-il sena u jgħix Tas-Sliema, allegatament ta daqqa ta’ ponn lil Meli wara li argument li nqala’ bejniethom.

TVM huwa infurmat li qabel seħħ l-inċident bejn il-Bulgaru u l-Malti, filmati juru li Zack Meli ma kienx f’sikktu u deher anke jogħtor.  Iktar kmieni, dan is-sit żvela kif l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Zack Meli, iż-żagħżugħ ta’ 24 sena mis-Swieqi, li miet il-Ħadd filgħodu, sabet li ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza fuqu.

TVM jinsab infurmat li se jsiru aktar testijiet speċjalizzati, inkluż dawk tossikoloġiċi, biex tkun magħrufa eżatt il-kawża tal-mewt tiegħu.  Għalissa l-kadavru ta’ Meli ma jistax jiġi rilaxxat għad-difna.

Ara wkoll:

Oħt Zack tgħid li se tibqa’ tiġġieled sal-aħħar biex issir ġustizzja miegħu

Denis Davkov iż-żagħżugħ arrestat b’rabta mal-qtil ta’ Zack Meli

Zack Meli ż-żagħżugħ li nqatel b’daqqa ta’ponn

 

 

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar