Qorti
Żagħżugħ akkużat li kien ilu seba’ snin jabbuża lil kuġintu

Fl-ewwel ġuri tas-sena żagħżugħ ta’ 25 sena qed jiġi akkużat li abbuża sesswalment u stupra lil kuġintu. L-abbuż kien ilu sejjer 7 snin minn meta t-tifla kellha seba’ snin.

Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera semgħet l-evidenza kontra l-akkużat, li ismu mhux qed jissemma’ fuq ordni tal-Qorti. Huwa ġie mixli li pparteċipa f’attività sesswali ma’ minuri u li kkorrompa lil kuġintu. Min-naħa tagħhom l-avukati taż-żagħżugħ, Franco Debono u Marion Camilleri saħqu li ċaħad kemm-il darba li abbuża sesswalment minn kuġintu u li stupraha.

Il-Prosekuzzjoni qalet li f’Novembru, 2017, il-Pulizija kienu ġew ikkuntattjati mill-iskola tat-tifla wara li rrapportat li kienet ġiet abbużata sesswalment għal seba’ snin ta’ kull ġimgħa minn kuġinuha. Qalet li l-istupru seħħ meta t-tifla kellha għaxar snin. Żiedet tgħid li l-allegat abbuż kien iseħħ fil-Marsa għand in-nanna taż-żewġ kuġini, waqt li omm il-vittma kienet tħalli lil bintha hemm sakemm tmur għax-xogħol.

Spjegat li l-vittma ftit li xejn kellha għarfien dwar is-sesswalità u ndunat x’inhu jagħmel kuġinuha wara li attendiet għal-lezzjonijiet tal-iżvilupp personali u fiżiku fl-iskola. Qalet li l-familja tal-vittma qatt ma semgħet jew rat xi ħaġa stramba u t-tifla kienet imbarazzata ħafna biex titkellem mal-ġenituri tagħha.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li l-akkużat qatt ma uża vjolenza fiżika fuq it-tifla. Qalet li meta marru jarrestaw lill-akkużat ma qalulux mill-ewwel fuq xiex qed jarrestawh biex ma jallarmawx lill-familjari tiegħu. Qalu li nfurmawh fi triqtu lejn il-Kwartieri tal-Pulizija.

Min-naħa tiegħu ż-żagħżugħ ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Huwa għall-ewwel irrifjuta l-għajnuna legali iżda biddel fehmtu wara li ġie infrumat li l-akkużi li qed jaffaċja jġibu magħhom sentenzi ta’ bejn 6 u 40 sena ħabs.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino qal li wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jirriżenja. Fuq Facebook huwa kiteb li l-Partit li jħobb kellu disfatta u għalhekk se…

Lokali

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjetà Intellettwali nterċettaw container fil-Freeport li kien qed iġorr 26,688 qalziet tal-jeans ta’ ditta rinomata li però rriżultaw li kienu kontrafatti (foloz). Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal…

Mużika

Il-grupp mużikali Meadow Strings ħareġ kanzunetta ġdida Alive. Meadow Strings huwa kompost minn Magdalene Farrugia u Mario Camileri. Fil-kanzunetta tagħhom, Alive huma japprezzaw is-sbuħija u l-importanza tal-ambjent. Miġbud qal is-siġar tal-Buskett…

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena ndarab gravi wara li laqtitu l-karozza malli niżel minnha. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ…

Aktar