Lokali
Żagħżugħ akkużat li stupra tifla u li ilu jabbużaha 7 snin

Żagħżugħ ta’ 23 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb li mhux ħati li abbuża sesswalment u stupra tifla taħt l-età. L-abbuż sesswali allegatament beda meta t-tifla kellha biss seba’ snin.

Iż-żagħżugħ Marsi, Catriel Scicluna ta’ 23 sena tressaq il-qorti u ġie akkużat li bejn Jannar 2010 u Ottubru 2017 ikkommetta stupru fuq tfajla taħt l-età, li pparteċipa magħha f’attivitajiet sesswali u li kkorrompiha. Scicluna li fl-awla tal-qorti kellu miegħu lit-tfajla tiegħu u anke lill-ommu ċaħad l-akkużi kontrih.

Il-pulizija bdiet il-proċeduri kontrih wara li t-tfajla li llum għandha 14-il sena nhar il-Ġimgħa fetħet qalbha mal-Guidence Counsellor tal-iskola fejn tattendi u allegat li kellha relazzjoni sesswali ma’ Scicluna għal dawn l-aħħar seba’ snin. Il-każ ġie mgħoddi minnufih liċ-Child Protection Services tal-Aġenzija Appoġġ u aktar tard anke lill-Pulizija.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-Ispettur Paula Ciantar xehdet li fl-investigazzjonijiet li saru, it-tfajla allegat li l-ewwel darba li ġiet abbużata kellha seba’ snin. L-Ispettur qalet li allegat li ta’ għaxar snin ġiet stuprata mill-akkużat.

L-Avukati Marion Camilleri u Yanika Vidal insistew li Scicluna għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest fid-dawl li l-każ qed ikun ibbażat biss fuq l-allegazzjonijiet li għamlet il-vittma. L-avukati difensuri qalu li l-akkużat anqas ma jaf fuq xiex qed ikun mixli. ll-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-avukati difensuri kemm minħabba li l-akkużat jista’ jerġa’ javvinċina lil vittma kif ukoll għax l-akkużi huma serji.

Il-Maġistrat Mifsud ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordna biex l-akkużat jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Qorti ordnat li ma jixxandarx isem il-vittma iżda ma ħarġet ebda devjet fuq isem l-akkużat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Aktar