Lokali
Żagħżugħ arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ droga lesta għat-traffikar

Żagħżugħ ta’ 22 sena, minn San Ġwann ġie arrestat wara li matul il-lejl li għadda nstab fil-pussess tad-droga lesta għat-traffikar, f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-ġuvni kellu fil-pussess tiegħu 250 gramma kannabis, kif ukoll kokaina, miżien, pakketti tal-plastik biex titpoġġa d-droga fihom, u madwar €600 fi flus kontanti.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-qorti għada. Huwa mistenni jkun akkużat b’pussess aggravat tal-kannabis u kokaina, li saq karozza mingħajr polza tal-assikurazzjoni, kif ukoll li kien riċediv.