Kronaka
Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Fgura

Żagħżugħ ta’ 18-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fil-Fgura.

L-inċident seħħ fil-11pm fi Triq Hompesch, il-Fgura.

Iż-żagħżugħ miż-Żejtun  tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tat-tip BMW 320D u ħabat ma’ vettura tat-trasport pubbliku tat-tip Otokar Vectio misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u permezz t’ambulanza ż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta dwar l-inċident. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar