Kronaka
Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li prova jaqbeż minn fuq dgħajsa

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa.

Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta.

Iż-żagħżugħ ittella’ l-art u ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace filwaqt li l-pulizija qed tkompli tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar