Lokali
Żagħżugħ jiftaħ qalbu: “L-istigma fis-saħħa mentali f’Għawdex hi enormi”

Żagħżugħ Għawdxi beda kruċjata kontra l-istigma li ilu jiffaċċja minħabba l-kundizzjoni mentali u fiżika tiegħu. Jgħid li mill-iskola sa fuq il-post tax-xogħol sofra inġustizzji li ġġib magħha l-istigma, għalkemm jistqarr li issa sab employer li fehmu u qed jaħdmu tajjeb flimkien.

Mario huwa Għawdxi u għandu 24 sena. Ibati minn kundizzjoni mentali u fiżika: il-Bipolar u s-Cerebral Palsy. Mario jgħid għaliex ħass li kellu joħroġ fil-beraħ.

“L-istigma ta’ Għawdex hija tremenda u l-ħaġa li m’hawnx daqshekk għarfien, xtaqt li jien inkun jien li nqajjem ftit kuxjenza f’Għawdex,” fisser Mario.

Mario jistqarr li l-Bipolar tkissru. Tbiddillu l-burdata mil-lejl għan-nhar. “Tkun down ħafna li lanqas mis-sodda ma jirnexxielek tqum. Imbagħad hemm l-estrem l-ieħor, li tkun high ħafna u ma tkunx tista’ tikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħek.”

Bis-Cerebral Palsy, jiġu jiem fejn Mario jħossu mkisser. “Jiġu iebsin ħafna l-muskoli, allura ma tkun tista’ tagħmel l-ebda moviment.”

Mario jistqarr li din il-kundizzjoni tillimitah anki fl-aktar affarijiet intimi. “Pereżempju s-sess. Jien naqbel ħafna li f’Malta jiġu introdotti s-sex workers, kif kien issuġġerrixa l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà Oliver Scicluna.”

Biex jipprova jibni ħajtu mill-ġdid, Mario sab xogħol ma’ kumpanija privata f’Għawdex. Jistqarr, li minkejja li rċieva t-taħriġ, wara ħmistax, keċċewh. “Tani attakk ta’ dipressjoni u li jiena minn dan l-avveniment keċċewni u qaluli li x-xogħol ma jgħoddx għalija.”

Dan tefa’ lil Mario l-baħar. Sakemm m’ilux sab impjieg ta’ skrivan f’Għawdex stess. “Sibt employer li fehmni li tani u għadu jtini sapport meħtieġ tal-kundizzjoni.”

Jispjega għaliex ma jridx juri wiċċu. “Jekk nuri wiċċi jien se ngħaddi mill-martirju li għaddejt minnu fiżikament fis-sekondarja u l-primarja.”

Minkejja l-kalvarju li għadda minnu, Mario jittama li jservi ta’ eżempju għal persuni li jbatu minn kudizzjonijiet mentali u fiżiċi bħalu u appellalhom biex ma jibżgħux jiġġieldu kull inġustizzja.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar