Barranin
Żagħżugħ imut waqt li kien miżmum mill-Pulizija f’Belarus

Dimostrant ieħor tilef ħajtu f’Belarus waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija. Din hija t-tieni fatalità min-nhar il-Ħadd li għadda, meta dimostranti bdew jipprotestaw fit-toroq. Dawn il-protesti dwar l-elezzjoni presidenzjali tal-pajjiż eskalaw tant li ġew fl-idejn mal-Pulizija.

Id-dimostranti ħarġu jipprotestaw ftit wara li l-mexxej, Alexander Lukashenko, li ilu fil-poter mill-1994, ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Il-vot ġie kkundannat mill-Unjoni Ewropea u qalet li l-vot ma kienx la liberu u anqas ġust.

Il-Pulizija qalet li l-kawża tal-mewt taż-żagħżugħ ta’ 25 sena għadha mhix magħrufa, b’omm il-vittma tgħid li binha kien isofri minn problemi f’qalbu u li nżamm għal sigħat twal fil-vann tal-pulizija.

Intant, wara r-raba’ jum ta’ protesti, in-Nazzjonijiet Magħquda kkundannat l-użu tal-vjolenza mill-awtoritajiet.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar