Lokali
Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel f’żewġ karozzi f’Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara ndarab gravi wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Karmnu meta ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, Mazda Demio, u laqat zewġ karozzi tal-għamla Suzuki Swift u Toyota Vitz li kienu pparkjati fl-imsemmija triq.

Ix-xufier ingħata l-assistenza medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.