Kronaka
Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li ħabat f’karozza pparkjata

Ġuvni ta’ 21 sena mill-Qrendi korra gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi.

Il-każ seħħ fl-4.30am, meta għal xi raġuni, il-ġuvni tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel ġo vettura oħra pparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-isptar fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi. Il-pulizija qiegħda tinvestiga.