Lokali
Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq pont

Ġuvni ta’ 16-il sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed fuq pont.

Kien ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10, meta l-Pulizija tal-Għassa Rabat ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li ġuvni ta’ 16-il sena residenti Naxxar kien iddaħħal l-Isptar wara inċident li seħħ fl-akkwati tal-Buskett, limiti tar-Rabat.

Għaldaqstant, il-ġuvni min-Naxxar ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għall-kura neċessarja. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar