Qorti
Żagħżugħ jammetti li kien involut f’serqa f’Kerċem

Żagħżugħ ta’ 22 sena minn Ħal Balzan ingħata l-libertà proviżorja wara li ammetta li kien involut f’serqa ta’ mutur f’Kerċem Għawdex.

Fil-Qorti t’Għawdex ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana, huwa ġie akkużat li fl-20 ta’ Ġunju li għadda seraq mutur ta’ tip Honda u oġġetti oħra fosthom ċwievet, pjanċi tar-reġistrazzjoni, karti tal-krediti tal-banek u għodda.

Huwa ġie akkużat ukoll li laqa’ għandu għandu jew xtara ħwejjeġ misruqa jew akkwistati b’reat u li ndaħal biex ibigħhom jew imexxihom. L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex ilbieraħ arrestaw ġuvni ta’ 19-il sena b’rabta ma’ din is-serqa.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri.

Ara wkoll:

Jammetti li seraq mutur f’Għawdex