Kronaka
Żagħżugħ jindarab gravi f’argument bejn 7 persuni

Ġuvni ndarab gravi f’argument bejn 7 persuni f’Bormla.

Ilbieraħ għall-ħabta tal-10.30pm beda argument bejn 7 persuni f’Misraħ Santa Margerita u kompla fi Triq Erin Serracino Inglott.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet żewġt irġiel ta’ 37 u 17-il sena residenti Bormla l-Isptar Mater Dei, fejn aktar ġew iċċertifikati li qed isofru ġrieħi ħfief. Maż-żewġt irġiel weġġgħu żewġ persuni oħra li ttieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn mara ta’ 43 sena ndarbet ħafif filwaqt li ġuvni ta’ 16-il sena ndarab gravi.

Il-Pulizija elevat żewġt iskieken u lembuba li allegatament intużaw waqt dal-argument.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.