Kronaka
Żagħżugħ jindarab gravi f’argument fil-Gżira

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ndarab gravi waqt argument fil-Gżira.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.30pm fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

L-argument seħħ bejn iż-żagħżugħ li jgħix l-Isla u raġel ieħor ta’ 26 sena li jgħix l-Imsida. Waqt dan l-argument allegatament intużat sikkina.

Iż-żagħżugħ mar il-Poliknika tal-Furjana u ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Dwar dan il-każ ir-raġel ta’ 26 sena qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.