Kronaka
Żagħżugħ jindarab wara li waqa’ minn fuq ir-rota

Libjan ta’ 17-il sena residenti l-Imsida ttieħed l-isptar għall-kura wara li lbieraħ waqa’ minn fuq rota f’San Ġwann.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq San Ġwann tal-Għargħar meta ż-żaġħżugħ kien qed isuq rota u għal xi raġuni waqa’ minn fuqha.

TVM jinsab infurmat li ż-żagħżugħ weġġa’ serju u jinsab fl-ITU.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.