Lokali
Żagħżugħ jindarab gravi wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni

Ħaddiem Sirjan ta’ 18-il sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq Ġnien Ingraw, fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Iż-żagħżugħ ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer li nsibu fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum il-Ħamis 19 ta’ Lulju. In-Nazzjon jirrapporta li nhar it-Tlieta uffiċjal tal-ħabs spiċċat aggredita, imsawta u migrufa minn priġuniera waqt li din tal-aħħar…

Avjazzjoni

Żvelata d-dehra l-ġdida tal-akbar ajruplan li jtajjar il-bandiera Maltija – Airbus A380 – tal-kumpanija HiFly. L-ajruplan li ġie rreġistrat f’Malta dan ix-xahar iġorr qrib il-500 passiġġier, b’faċilitajiet lussużi għal dawk…

Kultura

Tmien disinjaturi tal-moda, seba’ barranin u Malti, se juru l-kollezzjonijiet il-ġodda tal-ħwejjeġ u l-aċċessorji fil-Palazz tal-Verdala bħala parti minn serata b’tiżwiqa ta’ kultura u moda. TVM tkellem ma’ disinjatriċi Taljana,…

Kronaka

Mara ġiet rikoverata wara li kienet riekba fuq mutur li ħabat ma karozza fil-limiti ta’ Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija fi Triq tal-Barrani. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel…

Aktar