Qorti
Żagħżugħ jinqabad bid-droga wara li l-pulizija nnutawh bil-maskra mniżżla

Żvediż ta’ 29 sena kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sitt xhur wara li ammetta li kien fil-pussess tad-droga kannabis.

L-Ispettur Darren Buhagiar spjega fl-awla kif fl-1 ta’ Mejju, għall-ħabta tal-12.15 p.m., pulizija fuq ronda f’Wied il-Għajn waqqfu lill-Iżvediż ghax kellu l-maskra mniżżla u fil-baskett li kellu sabulu d-droga.

L-Iżvediż ammetta quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li wettaq ir-reat u anke wera r-rieda li jingħata l-għajnuna biex joħroġ mill-vizzju tad droga.