Kronaka
AĠĠORNAT: Żagħżugħ imut jum wara li daħal fil-ħabs

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu.

Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin intqal li l-priġunier instab mitluf minn sensih fiċ-ċella ngħata l-ewwel għajnuna mill-uffiċjal korrettiv, sakemm ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

TVM huwa nfurmat li ż-żagħżugħ kien ilu l-ħabs għal diversi xhur, iżda ftit tal-jiem ilu kien beda jiskonta sentenza ta’ 6 snin f’każ dwar stupru. Magħhom ġiet effettiva sentenza ta’ sentejn ħabs fuq vjolenza domestika.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar