Annimali
Żagħżugħ jitfa’ żewġ qtates fil-baħar – fortunatament ġew salvati

Ġuvni li tefa’ żewġ qtates fil-baħar kien arrestat u mressaq fil-Qorti fejn ġie akkużat b’moħqrija ta’ annimali.

Kien uffiċjal tal-LESA li ra liż-żagħżugħ jitfa’ il-qtates fil-baħar fl-inħawi ta’ San Ġiljan.

Huwa talab l-għajnuna tal-Pulizija li ġew fuq il-post u arrestaw liż-żagħżugħ ta’ 21 sena li huwa Franċiż.

L-istess uffiċjal tal-LESA rnexxielu jsalva l-qtates mill-għarqa.