Lokali
FILMAT – ġuvni jitlef ħajtu f’ħabta fit-Telgħa ta’ Selmun

Żagħżugħ Ingliż ta’ madwar 29 sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ matul il-lejl li għadda. Iktar tard il-vittma kien identifikat bħala Nick Derick James Brennan, li kien joqgħod fi Crowden, ir-Renju Unit.

L-incident seħħ għall-ħabta tas-1.20 tas-Sibt filgħodu fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun.

Minn tagħrif li kiseb Television Malta minn fuq il-post jirriżulta li waqt li wieħed tilef ħajtu fuq il-post, seba’ persuni oħra ddaħħlu l-isptar Mater Dei għall-kura.

Il-ħabta ‘head-on’ seħħet bejn karozza li fiha kien hemm il-vittma u ambulanza tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar. Fuq il-post issejħu il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lill-midrubin mill-vetturi.

Fil-karozza li kienet nieżla mill-Mellieħa lejn ix-Xemxija kien hemm erba’ persuni – is-sewwieq u tliet passiggieri, kollha Ingliżi għajr għal passiġġier Malti li kien fuq is-seat ta’ wara. L-etajiet taż-żgħażagħ ivarjaw bejn 20 u 29 sena. Il-vittma kien passiġġier fuq is-seat ta’ quddiem. Is-sewwieq jinsab f’qagħda serja, waqt li ż-żewġ passiġġieri l-oħra sofrew grieħi gravi.

Raġel Taljan ta’ 55 sena kien qed isuq l-ambulanza tas-Salib l-Aħmar u li ġo fiha kien hemm membru tar-Red Cross, mara ta’ 38 sena minn San Pawl il-Baħar u pazjenta fl-ambulanza kien hemm mara anzjana ta’ 89 sena mill-Mellieħa akkumpanjata minn binta ta’ 51 sena mill-Mġarr.

L-ewwel ma taw l-ewwel għajnuna lill-persuni midruba fil-karozza, kienu l-membri tar-Red Cross, minkejja li huma ukoll weġġgħu.

Fuq il-post intbgħatu erba’ ambulanzi mill-Isptar Mater Dei, flimkien ma’ tim mediku tal-emerġenza. Il-persuni kollha taż-żewġ vetturi ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li l-passiġġieri kollha tal-karozza u l-anzjana ta’ 89 sena u bintha qed isofru minn ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier ta’ l-ambulanza u l-mara ta’ 38 sena sofrew ġrieħi ħfief.

Dwar l-inċident infetħet inkjesta magisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras. Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw.

Dan huwa it-12-il inċident fatali din is-sena u t-13-il vittma.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li se jkun qed iqaddes quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn li ġej. Il-quddiesa se ssir fit-3.00 ta’ waranofsinhar fil-knisja tal-Bidnija, preċiżament ġimgħa wara…

Lokali

Il-valur ambjentali tal-alka li fil-maltemp timla bosta bajjiet qed jiġi enfasizzat b’regolamenti ġodda tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi li ħarġet linji gwida dwar kif u meta għandhom isiru ħidmiet ta’ tindif…

Lokali

Din hija ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum is-Sibt 21 ta’ Ottubru 2017: Fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont insibu ritratt tax-xena fejn seħħ il-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia akkumpanjat bit-titlu…

Lokali

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel se ssir it-23 edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-korijiet f’Malta mtella’ mill-Awtorità tat-Turiżmu. Din is-sena fil-festival li se jdum għaddej tlett ijiem, se jieħdu sehem 36 kor minn madwar…

Aktar