Lokali
Żagħżugħ jitressaq il-Qorti wara li darab lil missieru

F’Jum l-Għid il-Kbir, żagħżugħ ta’ 26 sena, li ismu ma jistax jixxandar b’divjett mill-Qorti, tressaq il-Qorti akkużat li darab ħafif lil missieru.

Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, huwa ġie akkużat li lbieraħ u fil-jiem ta’ qabel, huwa beżża’ lil missieru li setgħet tintuża vjolenza kontrih f’daru stess.

Kien il-missier li mar jirrapporta l-għassa taż-Żurrieq beżgħan, jitriegħed.

Id-difiża mmexxija minn Dr Franco Debono u Dr Amadeus Cachia talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet milqugħa b’garanzija personali ta’ €3,000.

Iż-żagħżugħ ġie ordnat jiffirma darba fil-ġimgħa, bil-Qorti toħroġ ordni ta’ protezzjoni fuq il-qraba tiegħu.