Filmat: Żagħżugħ Malti ferut gravi b’daqqiet ta’ sikkina f’argument ma’ Eritrejan

Żagħżugħ Żejtuni ndarab gravi b’daqqiet ta’ sikkina waqt argument f’San Ġiljan. Fl-inċident indarbu ħafif ukoll tfajla ta’ 26 sena u kuntistabbli tal-pulizija.

Argument bejn żewġt irġiel fi sqaq Lourdes f’San Ġiljan żvolġa f’wieħed vjolenti meta żagħżugħ Zejtuni ta’ 25 sena, ndarab gravi b’daqqiet ta’ sikkina f’għonqu. Tfajla ta’ 26 sena residenti San Ġwann sofriet ġrieħi ħfief waqt dan l-argument.

Waqt li l-Pulizija kienu fuq il-post sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, kuntistabbli tal-Pulizija kien aggrediet u sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Il-pulizija kkonfermat li l-argument seħħ għall-ħabta tal-4.30 a.m. meta Eritrejan ta’ 37 sena u jgħix l-Imsida, ħebb għaż-żagħżugħ u ferieh b’arma li taqta’ u bil-ponta. L-Eritrejan inżamm mill-pulizija.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.