
COVID-19
Żagħżugħ Malti fl-ITU fi Spanja wara li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus – jinsab stabbli
Malti ta’ 29 sena li rriżulta fil-pożittiv għall-Coronavirus, qed jingħata Kura Intensiva fi Sptar f’Barċellona.
Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Evarist Bartolo qal li ż-żagħżugħ Malti jinsab f’qagħda stabbli.
Huwa qal li l-awtoritajiet Maltin qed isegwu mill-viċin is-sitwazzjoni.