Żagħżugħ mill-Imqabba jintbagħat tliet xhur ħabs

Raġel ta’ 20 sena imwieled il-Pieta’ u residenti l-Imqabba, ntbagħat tliet xhur ħabs wara li nstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati t’Għawdex, talli għamel ġesti oxxeni fil-pubbliku, talli prova jgħarraq ħwejjeġ ħaddieħor u talli kiser żewġ ordnijiet ta’ probation.

Huwa tressaq il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri LLD. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur B C Spiteri.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Aktar