Qorti
Żagħżugħ mixli bil-pussess ta’ 87 qartas kokaina

Ġuvni ta’ 25 sena minn Ħ’Attard ġie arrestat u mressaq il-Qorti wara li nqabad b’87 qartas ta’ sustanza suspettata  kokaina.

Kien fil-lejl ta’ bejn it-2 u t-3 ta’ Mejju meta waqt li pulizija mid-Distrett tal-Imsida u suldati tal-Forza Armati kienu qegħdin jagħmlu spezzjonijiet tat-traffiku fi Triq il-Wied tal-Imsida waqqfu vettura tal-għamla Peugeot u waqt tfittxija fil-vettura, taħt is-seat tax-xufier, sabu l-imsemmija qratas.

Ix-xufier ġie arrestat u tressaq illum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace fejn wieġeb mhux
ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonjiet.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qiegħda titmexxa mill-Ispetturi Colin Sheldon u Justine Grech.