Lokali
Żagħżugħ ta’ 25 sena jweġġa’ gravi bil-mutur fl-Iklin

Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Iklin ndarab gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fl-Iklin. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq il-Wied meta ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tal-għamla Kymco Agility, u waqa’.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.