Kronaka
Żagħżugħ jindarab gravi f’ħabta bil-karozza f’San Ġwann

Żagħżugħ ta’ 20 sena ndarab gravi wara li kien involut f’ħabta f’San Ġwann dalgħodu. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq Tas-Sliema għal xi l-11.30am.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, BMW 320D misjuqa mill-ġuvni ta’ 20 sena li joqgħod San Ġwann u Audi A3 misjuqa minn mara ta’ 59 sena li toqgħod il-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei.  Aktar tard, ix-xufier tal-BMW ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li l-marra sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.