X

Żagħżugħa fil-periklu tal-mewt wara ħabta fis-Swieqi

Story Published

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Renault Clio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Mosta, u mutur tal-għamla Royal Enfield, li kien qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti n-Naxxar.

It-Taljana kienet passiġġiera fuq il-mutur fil-ħin tal-kolliżżjoni.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur u t-Taljana l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi
serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire-Louise Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.

Related Post