Kronaka
Żagħżugħa l-isptar wara inċident fil-Marsa – is-sewwieq imħarrek wara li tkellem b’mod mhux xieraq

Tfajla ta’ 21 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq Aldo Moro.

Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.

Intant, tvm.com.mt jinsab infurmat li s-sewwieq tal-vettura ġie mħarrek mill-Pulizja wara li tkellem b’mod mhux xieraq fil-konfront tal-midja.