Kronaka
Żagħżugħa li kienet passiġġiera f’karozza tindarab gravi f’ħabta f’Għawdex

Tfajla ta’ 17-il sena, li kienet passiġġiera f’karozza, weġġgħet gravi f’ħabta f’Marsalforn.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-00.45 fi Triq ir-Rabat, Marsalforn.

L-inċident seħħ meta żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija tilef il-kontroll ta’ Toyota Corsa li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ container.

Fil-vettura miegħu kien hemm ukoll tfajla ta’ 16-il sena residenti San Ġwann u tfajla oħra ta’ 17-il sena residenti l-Iklin.

Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.

Aktar tard it-tfajla ta’ 17-il sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-oħrajn sofrew minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddej