Reliġjon
Żagħżugħa tingħaqad mal-Qaddejja taċ-Ċenaklu u sservi fid-Dar tal-Kleru

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar id-Dar tal-Kleru, fejn iltaqa’ ma’ Lorna Cassar, li bdiet in-novizzjat tagħha f’Mejju li għadda.

Lorna Cassar – żagħżugħa Għawdxija ta’ 31 sena – hija l-aħħar novizza li ngħaqdet mal-Qaddejja taċ-Ċenaklu, li iservu fid-Dar tal-Kleru.

Lorna bdiet in-novizjat f’Mejju li għadda wara ħmistax-il sena ta’ ħidma volontarja f’din id-dar għal saċerdoti anzjani jew morda li jkunu rtiraw mill-ħajja fil-komunità.

“Il-volontarjat jimlielek qalbek b’ċertu ferħ li qisek għalkemm fil-verità tkun qed tidher li qed tagħti imma tirċievi ħafna iktar mill-tagħti u qisu kienu dawn l-esperjenza mbagħad li komplew jibnu fija dik ix-xewqa li mhux sempliċiment nibqa’ niġi darba fil-ġimgħa/darbtejn imma l-Mulej ried xi ħaġa iżjed speċi li nagħti ħajti kollha għalih fis-saċerdoti tiegħu.”

Id-Dar tal-Kleru fetħet il-bibien tagħhom fit-8 ta’ Mejju tal-1964. Dakinhar, Monsinjur Salvu Grima waqqaf il-komunità tas-Sorijiet Qaddejja taċ-Ċenaklu bl-ewwel ħames qaddejja. Illum jgħoddu disgħa u jinsabu f’Malta biss.

Il-madre Marija Falzon ilha qaddejja taċ-ċenaklu 38 sena. Tgħid li l-ħidma tagħhom tirrifletti l-mument meta Ġesù Kristu waqqaf is-saċerdozju.

“Aħna nieħdu dan l-isem għax aħna qaddejja tas-saċerdoti allura qaddejja taċ-ċenaklu.”

Fid-Dar tal-Kleru, bħalissa jgħixu 46 saċerdot. Il-Madre spjegat li minn żmien għal żmien jingħaqqdu magħhom xi saċerdoti għal perjodu ta’ konvalixxenza sakemm jerġgħu jirkupraw saħħithom wara xi operazzjoni.

Grupp ta’ impjegati u mal-erbgħin voluntier jagħtu daqqa t’id imprezzabbli lis-sorijiet fil-kura tas-saċerdoti u fil-bżonnijiet ta’ kuljum.

“Għandna rġiel jieħdu ħsieb il-maintenance, oħrajn iħitu, nisa jħitu, jgħaddu l-ħwejjeġ, inaddfu, jaħslu l-platti, jgħinu fil-kċina, tqassim tal-ikel xogħol bħal dan li huma nies vera imprezzabbli għalina, għeżież ħafna għalina.”

Il-Madre żiedet tgħid li l-Qaddejja taċ-Ċenaklu huma reliġjużi konsagrati lil Alla.

“Il-ferħ u l-paċi li ħassejt hawnhekk nista’ ngħid li ma ħassjetu mkien iktar u dak baqa’ f’qalbi.”

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Claudio Grech ippropona li l-għajnuna li ħabbar il-Gvern għal setturi li ntlaqtu mill-pandemija tkun estiża lill-ħaddiema kollha li ntlaqtu mill-imxija. Ippropona ukoll…

Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

Aktar