Televiżjoni u Radju
Zaren tal-Ajkla u personalitajiet oħra bi stejjer ta’ kuraġġ f’ ‘Sibtek’ illum

Lil hinn mid-divertiment u l-kurżitajiet li Sibt wara Sibt jikkaratterizzaw ‘l ‘Sibtek’, illum programm mimli kuraġġ. Għadd ta’ personalitajiet se jiftħu qalbhom mat-telespettaturi ta’ Television Malta bil-għan li jqanqlu l-kuraġġ fost il-pubbliku.

Fost l-oħrajn, niltaqgħu mar-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tal-ħaddiema tas-sena, Ivan Calleja li anki jekk għadda minn ħafna xorta waħda baqa’ jħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv. Insegwu l-ġid li għamel u li għadu qed jagħmel ma’ bosta persuni.

F’ ‘Sibtek’ illum ukoll, Marilena Gauci, iċ-ċkejkna Ella, l-awtur u produttur Elio Lombardi, Joe u Veronica, Lorenzo u Rita, u Zaren Bonnici magħruf bħala Zaren tal-Ajkla. L-istejjer tagħhom, mhux ta’ min jaqgħu fuq widnejn torox.

Imbagħad, spazju għall-mużika. Nisimgħu ‘l Glen Vella, ‘l Angela Tricket u ‘l Pamela Bezzina jkantaw ‘Goodness of God’, u llum ukoll ‘Eurovision Quiz’ li għandu jinżel għasel mal-fans tal-Eurovision li llejla sfaw imċaħħda minn dik li kellha tkun is-serata finali tal-festival.

‘Sibtek’, illum fis-12.45pm fuq TVM.

Sibtek li jmiss speċjali mimli personalitajiet maltin ❤️#stayhome #staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11#Nieħduħsiebxulxin

Gepostet von Sibtek am Montag, 11. Mai 2020