Qorti
Żball fid-data ta’ pleġġ lil raġel akkużat b’serq, ħelsu minn każ ta’ serq

Mohamed Abdulmajeb Abungab ta’ 23 sena u joqgħod il-Gżira, tressaq il-qorti għax instab barra meta suppost li skont il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja huwa kien qiegħed id-dar.

Abungab kien barra fuq ħelsien proviżorju f’każ li fih kien mixli mhux biss b’serq f’reat li seħħ is-sena l-oħra, iżda wkoll li hedded uffiċjal tal-pulizija, b’sewqan mingħajr liċenzja, li kellu mus mingħajr permess u li huwa riċediv.

Iżda meta deher il-qorti, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qabel ma għaddiet għas-sentenza, irrimarkat żball fid-data ta’ meta l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest, u osservat li dawn id-dati konfliġġenti jwasslu lill-qorti biex ikollha teħles lill-akkużat mill-akkużi kontrih.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar