Barranin
Żball uman wassal għat-tiġrif tal-ajurplan tal-Air India Express fl-2020

Skont rapport tal-investigaturi tal-inċidenti tal-ajru, il-kawża tal-waqgħa tal-ajruplan tal-Air India Express f’Awwissu tas-sena l-oħra kienet żball tal-bdoti u falliment fil-linji gwida tas-sigurtà.

L-ajruplan tal-passiġġieri kien qed iġorr 190 persuna, u waqa’ fl-Ajruport ta’ Kalikut, b’21 persuna mietu. Fost dawn kien hemm iż-żewġ piloti, waqt li 75 persuna weġġgħu serjament.

L-ajruplan tat-tip Boeing 737, li kien ġej minn Dubai, skidja minn fuq ir-runway fix-xita u nqasam fi tnejn wara l-inżul. It-titjira kienet qed iġġib lura d-dar Indjani li kienu qed jiġu ripatrijati minħabba l-pandemija.

Skont ir-rapport tal-investigaturi il-piloti qabżu għadd ta’ proċeduri tas-sigurtà waqt li kienu qed iniżżlu l-ajruplan fl-ajruport.