Ekonomija u Finanzi
Żbilanċ ta’ kważi €337 miljun fil-finanzi tal-gvern

L-effetti tal-pandemija fuq id-dħul u l-infiq tal-gvern bdew jidhru mill-ewwel tliet tax-xhur tas-sena. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel kwart tas-sena, l-gvern kellu żbilanċ fil-finanzi tiegħu ta’ kważi €337 miljun.

Fl-istess tliet xhur tas-sena l-oħra l-iżbilanċ kien inqas minn €44 miljun. L-NSO qal li d-dħul tal-gvern bejn Jannar u Marzu naqas bi kwazi €194 miljun.

B’effett tal-pandemija, d-dħul tal-gvern naqas mis-sorsi kollha hekk kif l-ekonomija bdiet tħoss l-effetti tar-restrizzjonijiet u tal-miżuri tal-gvern.

U waqt li d-dħul tal-gvern naqas, in-nefqa fl-ewwel kwart tas-sena żdied bi kwazi €100 miljun. Kważi €37 miljun minhom tħallsu bħala suppliment tal-pagi li l-gvern ta biex ma jintilfux l-impjiegi fil-pandemija.

Id-dejn tal-gvern sa Marzu kien viċin is-€6 biljun.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar