Immigrazzjoni
Żblokk fil-kwistjoni ta’ 150 immigrant wara 13-il jum fuq il-baħar

Illejla kien hemm żblokk fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-ġejjieni tal-150 immigrant li ilhom 13-il jum fuq il-vapur Open Arms.

Il-vapur qed ibaħħar fid-direzzjoni tal-gżira Taljana ta’ Lampedusa, wara li tribunal f’Ruma laqa’ mandat mill-għaqda mhux governattiva Spanjola ‘Proactiva’ biex il-vapur jitħalla jidħol f’ibħra territorjali Taljani.

Dan minkejja l-oppożizzjoni qawwija mill-Ministru tal-Intern, Matteo Salvini, li lbieraħ qal li se jimblokka l-iżbark fl-Italja tal-ħames mitt immigrant li jinsabu abbord il-vapuri Open Arms u Ocean Viking.

Fid-deċiżjoni tal-Qorti Taljana ma ngħadx jekk il-vapur jistax jidħol f’port Taljan jew jekk l-immigranti jistgħux jitniżżlu l-Italja. Fl-aħħar ftit minuti, Salvini ressaq rikors fil-Qorti u tenna li mhu se jsir l-ebda żbark ta’ immigranti fl-Italja.

Intant, l-Armata Maltija xandret filmat li juri l-agħar tal-kriżi tal-immigrazzjoni fil-Mediterran.

Ara wkoll:

ARA: Il-mument meta ntlemħu l-immigranti f’nofs ta’ baħar

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar