Barranin
Żblokk fis-saga ta’ Brexit – qbil bejn ir-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea

Żblokk fis-saga Brexit. Downing Street ikkonferma li ntlaħaq qbil fuq livell tekniku bejn ir-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea. Illejla f’Londra, Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May qed tiltaqa’ mal-Ministri  f’10 Downing Street. Hi qed tfittex l-appoġġ tagħhom f’laqgħa speċjali tal-kabinett li se ssir għada wara nofsinhar.

Wara xhur ta’ negozjati u taqtiegħ il-qalb, sorsi fil-kabinett tal-Prim Ministru Theresa May qed jgħidu li l-uffiċjali tal-gvern Ingliż u tal-Kummissjoni Ewropea laħqu qbil dwar l-abbozz tal-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Illejla, il-Prim Ministru May qed tiltaqa’ mal-Ministri wieħed wieħed, f’tentattiv biex hija tikseb l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri u tkun tista’ tressaq l-abbozz għall-approvazzjoni tal-kabinett għada kmieni wara nofsinahar.

L-uffiċċju tal-Prim Ministru tar-Renju Unit qalu li fil-laqgħat tal-lejla, il-Ministri qed jaqraw dak li fi kliemhom hi dokumentazzjoni relevanti u jiddeċiedu fuq il-pass ‘il quddiem.

Il-futur tal-fruntiera bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda kien fost l-aħħar punti li kienu qed jistaġnaw in-negozjati, l-aktar dwar kif se jkun garantit li mhux se jkunu introdotti mill-ġdid it-tfittxijiet biex wieħed jaqsam minn pajjiż għall-ieħor wara Brexit.

Dawk fuq quddiem fil-kampanja favur Brexit fosthom Boris Johnson u Jacob Rees-Mogg, qed jappellaw lill-kabinett biex ma jaċċettawx l-abbozz li fost oħrajn jinkludi ir-rabta dwar id-drittijiet taċ-ċittadini wara Brexit, il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 21 xahar wara l-ħruġ fid-29 ta’ Marzu tas-sena id-dieħla u l-ħlas ta’ 39 biljun sterlina fil-forma ta’ multa kawża tal-ħruġ.

Fi żvilupp ieħor, rappreżentanti tas-27 stat membru fl-Unjoni Ewropea l-Erbgħa se jkunu qed jiltaqgħu fi Brussell.

Jekk kollox imur sew għal May, il-ftehim jista’ jiġi approvat mill-mexxejja tal-istati Membri f’laqgħa tal-Kunsill Ewropew aktar tard dan ix-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sehem ta’ George Ezra, Little Mix, “The 1975”, u l-artist Hugh Jackman, li interpreta kanzunetta mill-film “The Greatest Showman”, kienu wħud mill-attrazzjonijiet fis-serata tal-BRIT Awards f’O2 Arena f’Londra. L-istennija iżda…

Barranin

Uħud mill-immigranti li kienu abbord id-dgħajsa Diciotti qed ifittxu għad-danni lill-Gvern Taljan talli baqgħu bejn sema u ilma għal diversi jiem jistennew l-eżitu tal-kwistjoni li nqalgħet fis-Sajf li għadda. 41…

Barranin

Qed ikun meqjus l-ewwel każ tax-xorta tiegħu fl-istorja politika, dak tal-Prim Ministru tas-Serbja Ana Brnabic, li s-sieħba tagħha għadha kemm welldet tifel. Brnabic, li għandha 43 sena, hija mhux biss…

Barranin

Terapija ġdida fl-Ingilterra qed tagħti tama lil dawk li qed jitilfu l-vista. L-isptar Oxford Eye, f’Ingliterra qiegħed jamministra terapija marbuta mal-ġenetika tal-persuna biex jgħin lill-pazjenti li jbatu biex jaraw ma…

Aktar