X

Żebħithom b’kuluri jgħajtu u l-Madonna żiditilha l-eyeliner

Par statwi tas-seklu 15 ġew irrovinati wara li parruċċjana żebgħat l-istatwi b’kuluri jgħajtu.

Dak li kellu jkun restawr spiċċa f’rovina wara li Ġesù nżebaħ b’kulur aħdar jixgħel u l-velu tal-Madonna nżebaħ b’kulur roża jgħajjat. Il-parruċċjana saħansitra rat kif għamlet u żiditilha l-eyeliner lil Madonna.

Il-Parruċċjana għamlet l-istess froġa bis-statwa ta’ San Pietru fejn żebgħatlu ħwejġu b’kulur ħamrani.

L-istatwi jinsabu f’kappella fir-reġjun Spanjol ta’ Asturias.

Maria Luisa Menendez, residenta ta’ El Ranadoiro, ingħatat il-permess minn qassis tal-parroċċa biex tiżboħ il-figurini.

Menendez qalet li f’għajnejha l-istatwi jidhru tajbin u qalet li x-xogħol intogħġob.

Iżda, ir-restawr ma niżilx tajjeb ma’ kulħadd b’bosta jilmentaw li flok ġid, l-istatwi saritilhom ħafna ħsara.

rg :