Kultura
Żeffiena bi stili varji jingħaqdu f’filmat wieħed li jispira kreattività u tama

Tnejn u għoxrin żeffien u żeffiena ħadu sehem fi produzzjoni ta’ filmat li fforma parti mill-kalendarju tal-attivitajiet kulturali tal-Festival Internazzjonali tal-Arti.

Għal din is-sena, il-festival internazzjonali tal-arti ħa bixra unika billi l-attivitajiet artistiċi ġew aġġustati minħabba l-Covid-19.

Inizjattiva unika kienet il-filmat: The Malta Arts Festival Dance Collective, bis-sehem ta’ tnejn u għoxrin żeffiena u għalliema li huma speċjalizzati f’oqsma varji taż-żfin.

Minn ballet klassiku għal żfin modern u kontemporanju, jazz, flamenco u hip hop, iż-żeffiena żifnu fl-ambjent magħżul minnhom fi djarhom u oħrajn fuq xi bajja jew ġnien biex jikkomunikaw l-espressjoni artistika.

Il-filmati ngħaqdu f’filmat wieħed li jispira kreattività u tama.

Iż-żeffiena li ħadu sehem fil-filmat huma: Justin Roy Barker, Teresa Lungaro Mifsud, Alison White, Rowena Grech, Christine Cauchi, Ingrid Sciberras, Brigitte Gauci Borda, Nicola Fenech, Eldridge Saliba Curmi, Marisha Bonnici, Tanya Bayona, Joanne Casabene, Diane Portelli, Lynne Salamone Reynaud, Ingrid Desira Buttigieg, Lucia Piquero, Claire Cassola, Mary Jane Bellia, Pippa Roberts, Monique Pellegrini Petit, Astrid Gollcher u Francesca Abela Tranter.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar