Ekonomija u Finanzi
Żejt tal-petroleum u tabakk tal-‘water-pipe’ jridu jinbigħu bis-siġill tas-sisa

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa.

Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li fil-każ taż-żejt, it-timbru jrid jitwaħħal meta l-kontejner jinħareġ mill-maħżen tat-taxxa, sa mhux iktar tard minn ħamest ijiem minn meta nxtraw it-timbri,

Fil-każ tat-tabakk, it-timbru jrid jinxtara mill-operatur, u jitwaħħal sa mhux iktar tard minn ħamest ijiem minn meta tkun inxtrat il-konsenja tal-prodott.

Min jinqabad fil-pussess ta’ dawn il-prodotti mingħajr timbru tas-sisa jista’ jeħel penali, u l-prodotti jiġu kkonfiskati mill-Gvern.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar