Barranin
Żelaq u qatta’ ħamest ijiem maqbud ġo sellum fi Franza

Raġel fi Franza li pprova jagħmel xi xogħlijiet fil-kamra tal-banju kien protagonist f’inċident mhux tas-soltu.

Ir-raġel, li għandu fuq sittin sena, żelaq meta kien fuq is-sellum, b’konsegwenza li rasu nqabditlu bejn żewġ skaluni.

Huwa qatta’ xejn inqas minn ħamest ijiem b’rasu mwaħħla ġos-sellum, qabel ma sabitu oħtu u sejħet għall-għajnuna.

Ir-raġel spiċċa b’nefħa f’rasu u kien qed ibati min-nuqqas ta’ ilma, iżda jista’ xorta jgħoddha b’waħda.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Barranin

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda. Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa…

Aktar