MIA
Żewġ ajruplani jaħbtu fl-ajruport ta’ Malta – ħadd midrub

Il-Bureau Malti għall-investigazzjonijiet tal-inċidenti tal-ajru qed jinvestiga inċident bejn żewġ ajruplani tal-passiġġieri Boeing wieħed tar-Ryanair u ieħor tat-Turkish Airlines li seħħ ilbieraħ filgħaxija għal ħabta tad-disgħa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-MIA qalet li minn stħarriġ preliminari jirriżulta li seħħ impatt bejn il-ġewnaħ tal-ajruplan tar-Ryanair li kien għadu kif wasal Malta minn Bari l-Italja u parti minn denb l-ajruplan tat-Turkish Airlines li kien qed jistenna f’Taxiway Delta biex itir lejn Istanbul. Fuq il-post marru minnufih is-servizzi ta’ emerġenza u rrappurtaw li ħadd ma kien weġġa’.

Il-MIA qalet li riżultat tal-impatt, iż-żewġ ajruplani ġarbu ħsarat żgħar u minnufih bdiet ħidma ta’ manutenzjoni fuqhom biex jerġgħu jibdew itiru.

Minħabba dan l-inċident, it-titjira tar-Ryanair lejn Bari li kellha titlaq fid-21:30 telqet fil-23:15 permezz ta’ ajruplan ieħor tar-Ryanair. Sa dalgħodu, it-titjira tat-Turkish Airlines lejn Istanbul kienet għadha ma telqitx għalkemm il-linja tal-ajru Torka kellha titjira oħra skedata dalgħodu b’ajruplan ieħor li nifmhu li ha wkoll il-passiġġieri li kienu bbukkjati fuq it-tirjira tal-bieraħ filgħaxija.

 

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar