Żewġ ajruplani jżewġu l-avjazzjoni u l-marittimu fil-Port il-Kbir

Wara vjaġġ ta’ madwar 3,000 kilometru, żewġ ajruplani tal-baħar, sea planes, niżlu fil-Port il-Kbir minn Como, l-Italja.

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Ajruplani tal-Baħar qalet li trid terġa’ tqajjem l-interess fost id-dilettanti f’din in-niċċa ta’ avjazzjoni hekk kif fl-aħħar ġimgħat intwera interess li jkunu bbażati seaplanes f’Malta għal vjaġġi fil-Mediterran.

L-ewwel titjira ta’ seaplane rreġistrata f’Malta saret fit-13 ta’ Frar, tal-1915 mill-Kaptan Cecil Kilner fuq ajruplan tat-tip Short Type 135, li kien għadda minn fuq il-Port il-Kbir.

Mal-mitt sena wara, il-Port il-Kbir ra l-miġja ta’ żewġ ajruplani tal-baħar li jlaqqgħu l-industrija marittima mal-industrija tal-avjazzjoni, f’dik li tista’ tkun preludju għal bidu ta’ servizz bis-seaplanes minn Malta lejn gżejjer fil-Mediterran.

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Ajruplani tal-Baħar, l-MSA, impenjata biex terġa’ tqajjem interess f’din in-niċċa tal-avjazzjoni li fi kliem il-President tal-MSA Jonathan Galea battiet matul is-snin.

Is-Sur Galea qal, “Sakemm m’għandekx sebgħin sena llum ma tiftakarx Kalafrana, l-operazzjonijiet tas-Sea Plane tan-1940s u 50s. Malta kienet ‘a sea plane base’ għar-Renju Unit … Fin-1917 ir-Royal Navy, l-air base li saret f’Kalafrana kellha ajruplani li ġew prodotti fit-tarnza Maltija.”

Is-Sur Galea spjega li l-wasla ta’ żewġ ajruplani minn Como fl-Italja li jivvjaġġaw mat-3,000 kilometru, saret bi prova biex Malta tidħol fir-rotta tar-Robert’s Cup li mistennija tibda ssir mis-sena d-dieħla.

Is-Sur Galea qal li għaddejjin taħdidiet mal-Assoċjazzjoni tal-Ajruplani tal-Baħar f’Como biex jibda jsir taħriġ għall-bdoti f’dan is-settur.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li l-Gvern irid ikompli jittrasforma lil Malta f’ġurisidizzjoni iżjed attreanti għal istituzzjonijiet li jridu jagħmlu operazzjonijet tal-avjazzjoni. Huwa qal li l-indudstrija tal-avjazzjoni toffri diversi opportunitajiet li Malta trid tisfrutta. Dr Zammit Lewis wiegħed l-appoġġ lill-Assoċjazzjoni biex tinkludi lil Malta fl-avviniment internazzjonali tas-seaplanes.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ftit aktar minn sena wara li dar f’Ħal Luqa nħakmet minn nirien qawwija kawża ta’ xogħol li kien għaddej fuq presepju, il-koppja Theuma għadha qed tirkupra mill-burraxka. Iżda l-imħabba għas-sengħa…

Temp

It-tieni Sibt ta’ Diċembru kien karatterizzat minn riħ b’qawwa ta’ riefnu li mistenni jibda jċedi fis-sigħat li ġejjin. Ir-riħ qawwi ikkawża ħsarat fi djar u karozzi, qaċċat siġar, ħassar attivitajiet,…

Aktar