COVID-19
Żewġ anzjani jmutu bil-Covid-19 f’Malta – jitilgħu għal 27 il-vittmi

Żewġ anzjani minn żewġ residenzi tal-anzjani separati huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’Malta.

Dan ġie kkonfermat minn stqarrija ministerjali fejn intqal li l-vittmi huma anzjan ta’ 91 sena li nstab pożittiv għall-virus fl-14 ta’ Settembru u anzjana ta’ 73 sena li ħarġet pożittiva għall-virus fil-15 ta’ Settembru.

B’kollox s’issa l-vittmi tal-Covid-19 telgħu għal 27 b’dawn l-aħħar kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.